top of page
Search

Sena Wara... fl-aħħar waslet

  • Tiziana Borg
  • May 8, 2017
  • 2 min read

Kif beda kollox?


Kien it-13 t’ April 2016, meta maħkuma minn sens kbir ta’ frustrazzjoni, ħassejt il-bżonn qawwi li noħroġ l-enerġija mistura fija.

Ġewwa fiha kelli bħal saħħa barranija, taħlita ta’ ideat, nuqqas ta’ sabar kbir u b’xi mod ridt noħroġ kollox. Kien f’dan il-mument ta’ disperament li ħassejt in-neċessita’ li nbattal dak kollu li kien qed itaqqalni minn ġewwa. Ħassejt li kelli nikteb, anke jekk kien hemm drabi fejn stħajt ngħid li dak li kont ipproduċejt kien proprju tiegħi. Madankollu, ridt ninfexx, ridt li dak li kelli ma jibqax fija, li l-messaġġ tiegħi b’xi mod, seta’ jasal għand xi ħadd.


X’ġara sal-lum...


Għalkemm dan il-blog ma laħaqx is-suċċess mixtieq jew biex ngħidu hekk, dak li kont qed naspira għalih jien, xorta waħda nista’ ngħid li serva bħala font ta’ ispirazzjoni. Inkun giddieba jekk ngħid li dan il-‘blog’ ma ħloqtux għall-udjenza lokali, imma mill-banda l-oħra, il-blog ġiegħlni, bil-mod tiegħu, inħossni kburija. Kburija, għaliex bil-limiti tiegħi u bin-nuqqas ta’ esperjenza li għandi, qiegħda nikkultivah jien, qed naħdem fuqu jien, qed juri dak kollu li ħareġ minni. Ser neżaġera, imma nqabblu ma’ tarbija li għex f’ġufi, demm minn demmi. Għaldaqstant, il-wild tiegħek, hu kif inhu, tħobbu...


Tajjeb u ħażin imma, nista’ ngħid li hemm numru ta’ segwaċi kostanti li minn ‘post’ għall-ieħor, isegwu dak li nikteb. Minn qalbi lil dawn in-nies ngħidilhom grazzi, għaliex għalkemm jista’ jkun li l-kitba tiegħi ma tolqotx il-gosti tagħhom, il-kurżita’ li jiskopru x’toffri din l-kitba, xorta waħda tressaqhom biex jaqraw.


Minn qalbi, nirringrazzja lil kull min b’xi mod jersaq lejja biex jagħtini l-kummenti tiegħu u jieħu sehem attiv f’dak kollu li ntella’ fuq is-sit innifsu u fuq il-paġna Facebook tas-sit stess.


Sa Mejju 2017...

Tul din is-sena, ħarbixt posts differenti. Il-ħsieb oriġinali kien li nikteb stejjer qosra ta’ spiss. Madanakollu, l-ħajja mhux dejjem tagħtik dan il-lussu, u l-ispirazzjoni mhux dejjem tkun daqshekk ħanina. F’dawn it-tlettax-il xahar, ktiubt mhux biss stejjer qosra, imma reċensjoni personali ta’ xi films, poeżiji, taqsiriet u spunti ta’ taħsiet li saru lokalment, kummenti personali dwar xi temi għal qalbi.


U issa... x’ser jiġri?

Kif ser inkun f’Mejju 2018, m’għandix idea. Sa dakinhar, nispera li dan il-blog ma nkunx tlaqtu. Nispera li nkun komplejt naħdem fuqu u li forsi dan l-imbierek iressaq lil xi proxxmu li jkun tassew interessat fix-xogħlijiet tiegħi... ma fiha xejn li toħlom...

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page