




-
Twelidt f'Awwissu tal-1989 u trabbejt ir-Rabat, Malta.
-
Żżewiġt fl-2017 u mort noqgħod l-Imġarr.
-
Residenta Mġarrija u f’Mejju tal-2019 ikkontestajt bħala kandidata għall-Kunsill Lokali tal-Imġarr.
-
Ġejt eletta għall-ewwel darba u parti mid-dekasteri tiegħi huma: Tfal u żgħażagħ, Oqsma Soċjali u Edukazzjoni. Kollha huma temi għal qalbi ħafna.
-
Li kieku nista' nivjaġġa madwar l-Ewropa.
-
Il-lingwi inħobbhom tassew u barra l-Malti, inħobb ukoll il-lingwa Taljana, Franċiża u Spanjola.
-
Niġġennen hekk kif nara it-tfal!
-
Waħda mix-xewqat tiegħi hija li nippubblika ktieb bil-Malti.... (Min jaf, forsi għad tasal din il-ġurnata?)
-
Inħobb noħloq xi kartolini, nikteb il-poeżiji u anke rakkonti qosra.
-
Il-familja hija importanti u n-nanniet narahom bħala l-aktar punt ta' referiment essenzjali għalija.
-
Inħobb il-kumpanija, nidħaq u niltaqa' ma' nies ġodda u differenti.
Min jien?



U intom?
Ma niddejjaqx li kieku nsir nafkom. Proprju għalhekk, dan is-sit ser iservi biex insiru nafu lil xulxin u nzommu kuntatt.
