top of page
Search

Waqt li nikkwarantinaw...

  • Writer: Tiziana Borg Busuttil
    Tiziana Borg Busuttil
  • Apr 8, 2020
  • 2 min read




Kwarantina... Kulħadd donnu xxokkjat u frustrat. Imma jekk jirnexxielek tinqeda mix-xiri, tkellem lil qrabatek u b’xi mod jirnexxielek iżżomm kuntatt magħhom, anke jekk limitat, tkampa fil-verita’. Ngħid għalija jien, donni iktar qed insib x’nagħmel u biex inkun onesta, mhux li qed insib ċans nagħmel dak li s-soltu ma jkollix ċans nagħmlu.

Pero’ li naħseb u li nirrifletti iva. Dak l-aspett qiegħed fl-għaġna tiegħi... Ngħiduha kif inhi, mingħajr ma trid taħseb u thewden. Ma rridx inkun negattiva u pessimista. Iva, l-ħajja sabiħa, il—ħajja taf tkun krudili imma qiegħda hemm biex tkabbrek u tiżvillupak, imma ejja ngħidu kollox, il-bniedem ħassar kollox. Il-bniedem ma jarax, ma jħossx xejn, jimponi kollox u kulma jfettillu li jidhrlu hu jibqa’ jibqa’ sakemm il-ħaġa jġibha d-dogma tas-soċjeta’. Jew tkun bħal kulħadd, jew xejn. Qas għandek għażla biss.

Darba smajt lil min jgħid.. biex ma jkollokx ‘smartphone’, vera trid tkun għadek lura. Għall-istandards tas-soċjeta’ veru. Ma tistax toqgħod mingħajru, tassew ukoll. Imma kemm ħassar il-ħajja wkoll dan l-‘ismart phone’? Kemm sirna tan-nejk jekk ikollna niċħdu li nagħmlu użu minnu? Sadanittant, bullying isir, li nieħdu ritratt ma kull pass sar dover, l-privatezza tiegħek saret kważi estinta u ħafna u ħafna aktar. U terġa’ u tgħid, anke l-valur tal-memorja tlifna. Qabel forsi kont tiżviluppa ritratt, mejjet bil-kurżita’ biex tara kif ġie, u tostor ir-ritratti f’album. Meta tkun trid tmur tarahom bil-kwiet, jew tiġbor lil Uliedek u neputijiet sabiex tirrakkonta l-istejjer dwarhom. Illum kollox dritt għall-Facebook u minn hemm jispiċċa kollox. Ngħid għalija jien, ma nerġax inħares lura, jekk ma titlax xi ‘memory’. U r-raġġi li nirċievu, dawk insejniehom? Insejniehom ingħid... imma mbasta moqdijin. Kull progress iġib rigress. M’int qatt waħdek anke jekk il-baħħ fil-qlub dejjem qed jiżdied. Anke jekk l-individwaliżmu jiddomina u sirna wkoll asoċjali. Bl-ebda mod ma rrid nistema xi anti-progressiva, lanqas xejn. Imma mingħajr ma trid tidħol f’qoxortok u kultant tgħid imma tgħid konna aħjar meta konna agħar? U imbagħad awtomatikament jiġuni f’moħħi l-eżempju klassiku tat-tfal foqra tal-Kenya. M’għandhomx għaxja ta’ lejl u t-tbissima fuq wiċċhom tixgħel. U aħna, aħna ndannati bina nfusna, anke meta jkollna xejn x’jurtana. U hemm taħseb, dawn m’għandhom xejn, u tħares lejn it-tbissima tagħhom ukoll timla’ żaqqek.

Hemm min lanqas biss joħorġu l-karattru jekk mhux minn wara tastiera.... Kemm sirna foloz aktar. Kemm aħna sbieħ minn fuq l-internet.

Din ħajja? Din eżistenza...

U issa x’ser jiġri? Ser jibqa’ jkun hawn post tax-xogħol? Ser nibqgħu nużawhom il-flus? Jew kollox bitcoin ġej? Se jinteressana mill-anzjani tagħna, jew ħa nħalluhom hemm bħall-klieb? Lill-uliedna ser ikollna paċenzja nissaportuhom, jew imbellgħulhom it-tablet ħa noqogħdu nofsiegħa kwieti? Ser ngħidu kif aħna biex inkunu staqsejna?

Wisq mistoqsijiet, li forsi lanqas biss huma korrelati. Imma hekk, jispuntaw f’moħħi meta naħseb fil-ħajja, illum. Skużawni, imma mingħajr ma trid thewden –

Kemm aħna boloh, kemm mingħalina li ħadd ma jista’ għalina.... imma fil-verita’ m’aħna xejn.

Tassew jingħad tajjeb, li trab konna u trab nerġgħu niġu...Pufff.... u jtir kollox mar-riħ!

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 
Nersqu qrib iż-żgħażagħ fl-Imgarr

Ser inkun ftaħt din is-sezzjoni sabiex nipprova nilħaq iktar żgħażagħ ġewwa l-lokalita’ tal-Imġarr. Meta qed ngħidu żgħażagħ qed nifhmu...

 
 
 

Comentários


bottom of page