top of page
Search

TAFdax (poeżija)

  • Tiziana Borg Busuttil
  • Oct 28, 2018
  • 1 min read

Tafdax biex ma tħallilx

Tafdax biex ma titkissirx

Tafdax biex tkun bħall-kurrent

Ibża’ għalik innfisek kull ħin u kull mument.

Għaliex anke Kristu,

wara daqs dak ġid,

spiċċa mwarrab u tradut

u kien minn dixxiplu tiegħu,

li l-Imgħallem ġie migdud.

L-agħar daqqa li tista’ tirċievi

hija dik mogħtija bi stallett,

fejn l-anqas ħaġa li qed tistenna,

li l-aqwa ħabib isabtek hekk.

Tafdax biex ma tħallilx

Tafdax biex ma titkissirx

Tafdax biex tkun bħall-kurrent

EMMEN biss fik innifsek

hekk biss tista’ tkun kuntent!

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page