top of page
Search

Marie

  • Tiziana Borg Busuttil
  • Mar 10, 2018
  • 1 min read

Bilqiegħda fil-kwiet fuq il-pultruna tal-kċina, qalbha kienet tiswied bil-minuti. Terġa’ tiftkar f’binha, frott l-imħabba li kien twieled ftit iktar minn 50 sena ilu. Titnikket hekk kif terġa’ tiftakar fid-destin kiefer li kien missu. Kulħadd jipprova jsabbarha, imma hi taf, li l-anqas hi stess m'għandha idea ta' kif għandha tħares lejn l-affarijiet.


Li taf zgur hija, li iebsa tara lil ibnek, fi stat agħar minn tiegħek, meta issa suppost qiegħed fi zmien li ħajtu għaddeja normali. Fejn spicca dak il-bniedem, li kien jaħdem bla heda fost il-ġimgħa, u jirrilassa ftit is-Sibt u l-Hadd? Lanqas jista’ jgawdi l-festa li tant kien iħobb. Ma jistax jieħu sehem fiha kif dejjem kien jagħmel...


Illum ma jiflaħx ikun fuq saqajh. Illum bil-kemm għandu aptit jiftaħ ħalqu biex jiekol, hu li kien jiggennen biex imur jiekol xi bicca laħam fina. Hu li kien qisu l-mejda tal-qubbajd, spicca waħdu, fis-sodda, bil-qraba li l-aktar jgħożżuh, jarawh hemm imobbli u ddisprati. Iddisprati, għax minkejja li jarawh f’dak li stat, iridu kemm iridu, ma jistgħu jagħmlu xejn.


Il-ħajja ma tridx tħallieha tagħtnek bin-negattivita’, imma f’kas bħal dan, x’tista’ tara pozittiv, għajr li tingħaqad bħala familja, biex zgur ghal tal-anqas tħossok cert li mill-mitluf, tħossok li għamilt li tkun stajt. U jien minn hawn, Karm, ma nistax nawguralek fejqan, għax m’hemmx tama li dan iseħħ. Nawguralek biss, li ma ssofrix iktar milli int bħalissa. U int, Mari, naf li jigri x’jigri, int ħa tibqa’ mwegga’… Nispera li Alla jkun miegħek. Nassigurak li dak li kellek tagħmel għamiltu u lil familtek dejjem ħadt ħsiebha.


Mulej ahseb fihom int…


TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page