Soluzzjoni fil-ħajja?
- Tiziana Borg Busuttil
- Jan 18, 2018
- 1 min read

Hekk kif nintasab waħdi
miġbura miegħi nnifsi
nitfa’ għajnejja jħarsu fil-vojt
għal tfittxija ta’ soluzzjoni
Soluzzjoni? Ta’ xiex?
Tat-tgerfix li toffri l-ħajja?
Ta’ kemm tħabbtek
għal xejn b’xejn?
Il-ħajja misteru –
Fejn ser tieħdok qatt ma tkun taf..
Mal-kurrenti tipprova tkaxkrek
U fuq kollox tipprova tfakkrek
Ġenn. Tgerfix. Slaleb.
It-termini u l-kundizzjonijiet
tal-ħajja.
TMIEM
Comments