Għalik , Frans
Sejjaħtlek,
Aktar minn darba
Ċaqlaqtek, missejtek
U qbadtlek idejk
Imma ħinek int kien wasal
Biex tmur tiltaqa’ ħdejn il-Mulej.
Riedek qrib tiegħu
Mhux aktar magħna
U minn ruħek ma ħalla xejn
Baqa’ biss il-ġisem kiesaħ
Idejk ponn, magħluqa t-tnejn.
Tbati b’ġismek ma flaħtx aktar
Serħan ridt minn kull inkwiet
Għajnejk int għalaqt għal kollox
Flaħħar, fl-aħħar, qalbek ċediet.
Taf kemm ibnek kien iħobbok
F’mumenti iebsa kien iħares lejk
Inti tiegħu kont minn kollox
Kont għalih l-aqwa mexxej.
Issa għad-dinja għadda kollox
In-nies jgħodduk mal-mejtin
Imma għalina tibqa’ f’qalbna
Raġel twajjeb u ħanin.


Comments