Il-persuni l-aktar intelliġenti u d-depressjoni
- Tiziana Borg Busuttil
- Dec 15, 2017
- 2 min read
Dan huwa artiklu bit-Taljan meqlub għall-Malti minn dan is-sit (La mente e' meravigliosa):
In-nies li huma l-aktar intelliġenti mhux dejjem jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet. Il-fatt li jkollok livell għoli ta’ intelliġenza ma jagħtix il-garanzija li jkollok suċċess jew iċ-ċertezza li tkun ferħan. F’ħafna każijiet, dawn in-nies jibqgħu imqabbdin fil-ħsibijiet tagħhom, fl-abiss tal-ħsibijiet eżistenzjali, f’dak in-nuqqas ta’ faraġ li jikkunsmahom u ma jħallilhomx ottimiżmu.
B’mod ġenerali, hemm it-tendenza li tara f’din is-sitwazzjoni, il-ġenji tal-arti, tal-matematika jew tax-xjenza. Dawn ikunu ħlejqiet siekta, persuni li jkunu partikolari ħafna u mwaħħlin mal-istramberiji tagħhom. Fost dawn in-nies insibu lil Hemingway, Emily Dickinson, Virginia Wolf, Edgar Allan Poe u anche l-istess Mozart... Kollha mħuħ ġenjali, kreattivi u eċċezzjonali li wassalhom fix-xifer tal-ansjeta’ , fit-tarf li bassar it-traġedja.
“L-intelliġenza ta’ individwu titkejjel mill-kwantita’ ta’ inċertezzi li hu kapaċi jissaporti”, Immanuel Kant.
Imma x’hemm veru minn dan kollu? Teżisti relazzjoni diretta bejn IQ għoli u id-dipressjoni?
L-ewwelnett, huwa importanti li jiġi misħuq il-fatt li intelliġenza għolja ħafna ma twassal għall-ebda tip żvilupp ta’ ħsara mentali.
Jeżisti imma, iċ-ċans u l-inklinazzjoni li jinkwetaw iż-żejjed, li jkunu awto-kritiċi, li jkollhom perċezzjoni ħażina tad-dinja li xxeqleb aktar lejn in-negattivita’. Dawn kollha huma fatturi li f’ħafna mill-każijiet joħolqu biżżejjed kundizzjonijiet li jagħtu bidu għal kwadru depressiv. Ovvjament, wieħed irid jisħq il-fatt li hemm l-eċċezzjonijiet. Fis-soċjeta’ tagħna, għandna nies bravi li kapaċi jisiltu l-aħjar mill-potenzjal tagħhom fil-waqt li jinvestu mhux biss fil-kwalita’ ta’ ħajjithom, imma anke f’tas-soċjeta’ li jgħixu fiha huma stess.
Madanakollu, huma ħafna l-istudji, l-analiżi u l-pubblikazzjonijiet li juru din it-tendenza singolari, speċjalment fil-persuni li għandhom IQ li jaqbeż il-170.
Il-personalita’ tal-persuni l-aktar intelliġenti
“The creative brain”, huwa ktieb utli ħafna sabiex jiġi mifthiem kif jaħdmu il-ħsieb u l-moħħ tal-persuni intelliġenti u kreattivi. F’dan il-ktieb, in-newrologa Nancy Andreasen tiżvolġi analiżi mirquma li permezz tagħha turi li hemm tendenza pjuttost sinjifikattiva li l-‘genes’ tas-soċjeta’ tagħna, jiżviluppaw il-kundizzjoni “bi-polar”, id-dipressjoni, kriżi t’ansjeta’ u attakki ta’ paniku.
L-istess Aristotli, fi żmienu, kien isostni li l-intelliġenza timxi id f’id mal-malinkonija. Ġenji bħal Sir Isaac Newton, Schopenhauer u Darwin, għexu żmien ta’ nervużismu u psikoloġiku. Virginia Wolf, Ernest Heminway u Vincent Vangogh spiċċaw iwettqu l-ġest estrem illi jneħħu ħajjithom.
Dawn huma persunaġġi famużi, imma fis-soċjeta’ tagħna hemm ukoll il-ġenji li huma siekta, ġenji mhux mifhuma u li jgħixu waħedhom fl-univers personali tagħhom, maqtugħa għal kollox mir-realta’ li hi wisq imgerfxa, nieqsa mis-sens u mimlija diżappunti.
Studji fuq persuni intelliġenti ħafna
Freud, flimkien ma’ bintu Anna Freud, studjaw liż-żvilupp ta’ grupp ta’ tfal b’IQ li jaqbeż il-130. Dan l-istudju jiżvela li kważi 60% tat-tfal spiċċaw b’ ċans ta’ żvilupp akbar ta’ depressjoni.
Barra minn hekk, hemm l-istudji popolari ta’ Lewis Terman, pijunir tal-psikoloġija edukattiva tas-seklu 21. Fis-sittinijiet, beda studju twil fuq tfal li kellhom abilita’ qawwija u b’IQ ikbar minn 170. Dawn it-tfal kienu jiġu msejħa t-“terminiti” u kien biss fil-bidu tas-snin 90 li Terman beda jislet konklużjonijiet importanti.
L-artiklu jgħid ukoll li ħafna drabi, il-persuni l-aktar intelliġenti huwa li kjijjonċentraw sew fuq in-nuqqasijiet ta’ dak li hemm madwarhom, fuq din l-umanita’ li tisona, fuq din id-dinja stramba u egoista minna nnifisha, li hu kważi impossibbli tiddeffes. Ħafna drabi. M’għandhomx l-abilitajiet meħtieġa biex jagħtu ħajja, biex jidħlu aħjar u jsibu l-kalma f’din il-ġungla li tant hi mħawda li tikkonfondik.
Comentarios