top of page
Search

Ħlomt

  • Writer: Tiziana Borg Busuttil
    Tiziana Borg Busuttil
  • Nov 30, 2017
  • 1 min read

Ħlomt...

Ħlomt li waqajt minn preċipizju

U li bdejt nitriegħed bħal f’terremot,

Indur u ngħaqqad, nieżla sewwa

Indur u nħares lejn il-vojt.

Waqt li nieżla u nwerżaq,

Ngħajjat ismek minn fond qalbi

Bi twerwir u għejja kbira.

Lejn il-qigħ kont kważi wasalt

Biex imissu għax kont viċin

Hekk kif qrobt sewwa sewwa

Ħadt tisbita fi ftit ħin.

Buuum! Għamilt jiena.

Tisbita goffa u papali

qomt maħsuda, imxarba għasra

nilgħeġ, nonfoħ u bla nifs

Waqt li mregħxa nerġa’ niftakar

F’dak li għadni kif ħlomt bih.

Ħolma kerha –

dak li kienet

rajtek sejjer ‘l hemm ‘il bogħod

jien bil-qatgħa tassew inqtajt

u kien dak il-ħin

li jien waqajt.

Int ħajti issa:

mingħajrek ma jien xejn

Int il-ġawhra ġewwa qalbi

Int kollox għalija,

Titlaqni qatt

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

コメント


bottom of page