il-ħajja sfumatura
- Tiziana BORG Busuttil
- Oct 13, 2017
- 1 min read
Jiġri x’jiġri mal-madwar,
kollox jiddependi mill-perspettiva
ta’ min jirċievi l-aħbar.
Kull individwu jassorbi
bil-mod partikolari tiegħu
dak kollu li jiġri
u jseħħ quddiem għajnejh.

Jaslu wkoll mumenti
Fejn il-bniedem jilmaħ rifless -
Ir-rifless tiegħu stess
fil-mera li jkollu quddiemu
Il-ħajja tippreżenta s-sitwazzjoni
u int ma tafx għadekx li kont
Il-mera jkollok aptit taqsam,
tant li taraha f’elf biċċa
li juru wkoll elf sfumatura
tal-karattru astratt tagħna.
Fl-aħħar taqa’ l-għejja
Tirkeb l-apatija,
u jinqata’
bilmod
in-nifs ta’ kuljum.
Tistaqsi, tara, tiġri, tħuf
sabiex forsi ssib ir-ruħ
dik li tlift għal għonq it-triq...
Tmiem
Comments