top of page
Search

Nieżla fuqi x-xita

  • TIZIANA BORG BUSUTTIL
  • Oct 3, 2017
  • 1 min read

Hekk kif is-sema sskura

u minn kaħlani sar iswed ċomb,

is-sajjetti bdew jixegħlu

qishom fanali huma u jitbegħdu.

Tipiku temp Xitwi

li jrid juri li spiċċa s-Sajf

u jsemma’ lil kulħadd

bil-ħsejjes kollha tiegħu,

li issa huwa żmienu

u ta’ ħadd iktar...

Jien li nitwerwer inħares barra

meta dan il-maltemp ikun għaddej,

illum spiċċajt niċċassa

u fiss inħares lejh!

It-temp bis-sura u x-xeħtiet tiegħu,

ħejja x-xenarju ta’ fuq il-palk

lest jirrifletti l-att li jmiss

hekk kif noħroġ jiena biss.

Is-sajjetti lesti bl-effett u l-ħoss

Pronti, pronti, biex jilqgħu l-karattri

jew xi xena oħra li tħallik bla kliem

U jien hawn, mxarrba għasra

nħalli x-xita nieżla fuqi

hekk kif inħares lejn il-baħħ,

hekk kif qtajt qalbi minn kollox

U jintemm il-ħolm ħorrox borrox.

Ix-xita qisha l-apatija tiegħi

nieżla sabiex ixxekkel

u ttawwal il-pass li jmiss.

Ix-xita qed taqfilni

biex ma noħroġx barra -

biex nibqa’ maqfula fil-biżgħat

u l-insikurezzi tiegħi.

Min jaf?

Tgħid għad toħroġ ix-xemx?

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page