top of page
Search

Google: l-intelliġenza artifiċjali issa qed timmaġina l-futur!

  • artiklu maqlub mit-Taljan għall-Malti
  • Aug 22, 2017
  • 2 min read

L-istudjużi ta’ DeepMind jissieltu mal-‘imagination-augmented agent’, xbieki tan-nervituri li huma kapaċi jbassru, mingħajr l-istruzzjonijiet tal-bniedem, sewwa sew dakj li jista’ jiġri. U għalhekk, jiġu ppjanifikati l-istrateġiji t-tajba.

ta’ SIMONE COSIMI

Issa l-intelliġenza artifiċjali tista’ timmaġina wkoll. L-istudjużi ta’ DeepMind, l-għaqda ta’ Google li taħdem f’dan is-settur u li qed tiżviluppa wħud mis-soluzzjonijiet mill-aktar interessanti, bdiet taħdem fuq intelliġenza artifiċjali li hi mogħnija b’immaġinazzjoni mlaqqma bħala “imagination-augmented agent”. Dan ifisser xibka tas-sistema tan-nervituri li huma kapaċi jirraġunaw u jieħdu deċiżjoni, filwaqt li jippjanaw għall-futur. Mingħajr il-ħtieġa li jiġu mmexxija mill-istruzzjonijiet tal-bniedem – dan hu l-punt.


“Meta titpoġġa tazza fuq mejda, il-bniedem jirraġuna għal ftit biex jifhem kemm hi stabbli u jekk tistax taqa’ ” – jispjegaw l-istudjużi tal-grupp Demis Hassabis fuq post tal-blog uffiċjali – skont il-konsegwenzi li jimmaġina sabiex jirranġa bl-aħjar mod it-tazza.” U allura, il-mira hija li jingħataw l-algoritmi fil-fażi ta’ żvilupp tal-istess kapaċita’, waqt li titħejjilhom l-abilta’ li jifhmu dak li jista’ jiġri u għaldaqstant jipproġettaw ruħhom bil-fatti fil-futur, anke jekk f’qarib estrem. Madanakollu, ma tistax tgħid, “li lil hinn minn dan, ma jistgħux jiġu kapaċi u jimplimentaw il-pjanijiet billi jużaw dan it-tagħrif.”



DeepMind ta prova tal-effiċjenza l-kbira, biss biss wieħed jista’ jiftakar il-logħob Govinte kontra l-akbar 'champions' internazzjonali fix-xhur li għaddew. Imma r-regoli ta’ logħba, anke jekk kumplessi, mhumiex tal-ħajja reali, li huma aktar varji, imprevedibbli u iktar ikkumplikati. Huwa għalhekk li l-grupp għamel 'turbo' sabiex l-intelliġenzi artifiċjali jagħmlu qabża fil-kwalita’. Il-metodu huwa li jgħaqqdu il-kapaċita’ ta’ simulazzjoni permezz ta’ ‘trial and error’, b’tali mod li jgħallmu l-kuntest u l-ambjent tal-madwar lill-‘bot’ qabel ma dawn tal-aħħar jaġixxu. Huwa kurjuż il-fatt, li dawn il-kapaċitajiet ta’ ppjanifikazzjoni ġew mħarrġa anke permezz tal-logħba antika tal-'puzzle' tas-snin tmenin, Sokoban, fejn din ma kellha l-ebda regoli għas-sistema tagħha. U anke b’logħba oħra li għandha x’taqsam man-navigazzjoni fl-ispazju.

Ir-riżultati: l-algoritmi tagħhom, solvew 85% tal-livelli tal-videogames b’kuntrast għas-60% tal-intelliġenzi artifiċjali, li biex ngħidu hekk, huma inqas immaġinattivi. Dawk tal-ewwel fil-fatt, “jitgħallmu b’inqas esperjenzi u huma kapaċi jmexxu l-imperfezzjonijiet li jiltaqgħu magħhom fl-ambjent ta’ madwarhom,” hekk jinqara fil-post. Huma tajbin wkoll biex ivarjaw l-istrateġiji sabiex jaslu għall-miri tagħhom. Imma anke f’dan il-każ, 'videogame' mhix il-ħajja reali u hemm bżonn aktar żmien sakemm jiġu żviluppati dawn is-soluzzjonijiet.

TMIEM

Dan l-artiklu ttieħed mill-gażżetta on-lajn La Repubblica, nhar it-22 ta' Awwissu 2017 - http://www.repubblica.it/tecnologia/2017/07/27/news/google_l_intelligenza_artificiale_ora_immagina_il_futuro-171780196/#gallery-slider=162437443

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page