Ispir-azzjoni (Poeżija)
- Tiziana BORG Busuttil
- Aug 7, 2017
- 1 min read

Elf ħsieb għadda minn moħħi
kull wieħed iħabbat u jċekċek
bħal qasba tixxejjer mal-iċken żiffa,
’ma meta ċ-ċans jaħrablek minn idek
il-ħsieb jibqa’ hemm, wieqaf
mingħajr ma jiġi esplorat.
U hekk kif issib minuta,
fejn tintasab xi ftit għall-kwiet,
dak il-ħsieb jerġa’ jiġi jfittxek
biex il-ġenb żgur li ma ttihx.
F’għodwa bħall-oħrajn,
min hu bħali jqum iebes,
għaliex jaf li l-pinna jkun taha l-ġenb,
jibda jbati hu u jaħseb
biex jesprimi dak li jixtieq.
L-ispirazzjoni, f’minuta,
jew tiġik jew tabbandunak
xi mumenti għalxejn titlobha,
tħallik tibki qalb l-imrar.
Sakemm l-ispirazzjoni,
terġa’ tingrana wkoll xi ftit
l-aptit għall-kitba jibqa’ jikber
jgħaddi l-ħin u tibqa’ trid.
Comments