22 sinjal li juru li inti persuna sensittiva ħafna (u b'daqshekk ma ġara xejn!)
- Sammy Nickalls / TBorg
- Jun 16, 2017
- 6 min read
Sibt dan l-artiklu fuq il-persuni li huma sensittivi ħafna. Din hija post marbuta ħafna mal-element personali tiegħi għaliex jien inħossni li nikkwalifika taħt din il-kategorija. Dan l-artiklu li ġie maħruġ fl-2014 fuq sit jismu Hellogiggles. Għoġobni għaliex rajt b'xi mod riflessjoni tiegħi. Għalhekk, qlibt dan l-artiklu għal Malti.

Ħafna nies jgħidulek li int sensittiva, imma fil-verita’ aktarx, li inti persuna li sempliċiment tħoss ħafna. M’hemm xejn ħażin li tkun ħlejqa sensittiva, fil-fatt, hemm ħafna x’jista’ jingħad dwar hekk. Madanakollu, din il-partikolarita’ fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha. Xi nies meqjusa bħala nies sensittivi ħafna – terminu maħluq mid-Dottoressa Elaine Aron- għandhom tendenza jħossuhom waħedhom għaliex ħafna minn dawk ta’ madwarhom ma jifhmux il-mod ta’ kif dawn jaħsbuha. Minkejja dan, hawn ammont sew ta’ nies sensittivi, aktar milli wieħed jista’ jaħseb. Psychology today tistqarr li persuna minn kull ħamsa tista’ tiġi meqjusa bħala sensittiva ħafna. “Dan l-aspett jirrifletti mod ta’ kif wieħed jista’ jkampa billi josserva ħafna qabel jaġixxi,” tikteb id-Dott.essa Aron. “Fil-verita’, il-moħħ ta’ nies sensittivi ħafna jaħdem kemmxejn differenti minn tal-oħrajn.”
Taħseb li tista’ tkun persuna sensittiva ħafna? Mela allura iċċekkja dawn is-sinjali t’hawn taħt. Jekk ħafna minnhom jgħoddu għal każ tiegħek, mela allira nagħtuk merħba fil-klabb- m’għandniex xi ġkieket partikolari, imma għandna mkatar u ħafna emozzjonijiet.
[if !supportLists]
1. [endif]Tħoss l-emozzjonijiet KOLLHA.
L-emozzjonjiet tiegħek huma ħajja ħafna – kważi, kważi, tista’ tmisshom. Temozzjona ruħek faċilment, sew jekk permezz ta’ dramm, film, ktieb jew sempliċement permezz ta’ interazzjoni li sseħħ fit-triq.
2. Ħafna mid-drabi kapaċi tagħraf is-sentimenti ta’ ħaddieħor, jew inkella jekk in-nies li inti tħobb għandhomx xi ħaġa.
Nies sensittivi ħafna għandhom it-tendenza li jkunu istintivi ħafna. (Fir-riċerka tagħha, id-Dott.essa Aron’s skopriet li 20% tal-popolazzjoni tirreaġixxi b’mod qawwi għas-sitwazzjonijet emozzjonali ta’ ħaddieħor). Peress li dawn il-persuni jkunu f’sintonija tajba mas-sentimenti tagħhom, kapaċi jagħrfu dak li jħossu n-nies li huma tant iħobbu. Meta l-ħbieb tagħhom jgħidulhom li jinsabu tajjeb, kapaċi jindunaw u ħafna mid-drabi jispiċċaw jistaqsu,”Jekk jogħġbok, għidli x’għandek, inti taf li lili tista’ tafdani.”
[if !supportLists]3. [endif]Għandek it-tendenza li tippreferi titħarreġ fl-isports waħdek
“Nies sensittivi ħafna għandhom tendenza jevitaw sports fi gruppi, speċjalment jekk iħossu li hemm min jista’ josserva sal-iċken mossa minn tagħhom,” jgħid il-Huffing Post. Anke jekk it-taħriġ huwa xi ħaġa tiegħek, ma kontx tingħaqad f’tim sportiv meta kont ċkejken għaliex kont tħossok li kulħadd qed iħarislek jew li qed jiġġudikak. Anke li tmur il-'gym' għalik huwa xi ftit jew wisq imbarazzanti. Il-‘workout’ ideali tiegħek hija dik li seħħ fis-salott ta’ darek stess.
4. . . . jew li fil-verita' tkun waħdek in ġenerali
II-ħsieb li taħdem minn darek stess huwa wieħed meraviljuż għalik. Tħoss li int għandek il-kontroll tal-ambjent ta’ madwarek, u tħossok tajjeb taħdem b’dan il-mod. Imma jekk ikollok taħdem f’uffiċju, tippreferi taħdem mill-‘cubicle’ tiegħek. Skont ir-riċerkatur Ted Zeff, li tkellem ma’ Huffington Post, il-‘cubicles’, bil-kontra tal-uffiċji miftuħa, joffru dak is-sens ta’ privatezza li nies sensittiva fil-verita’ jħossu li għandhom bżonn sabiex itellgħu x-xogħol.

[if !supportLists]5. [endif]Edukat ħafna.
Skont Salon, in-nies sensittivi ħafna “il-biċċa l-kbira għandhom manjieri tajba u jindunaw meta ħaddieħor ma jkunx hekk. Dejjem tinnota meta xi ħadd jgħid “jekk jogħġbok” u “grazzi,” u dejjem taċċerta ruħek li tgħidhom int ukoll. Fil-fond ta’ qalbek tibża' li tweġġa’ lil ħaddieħor, u allura dejjem taċċerta ruħek mill-manjieri tiegħek speċjalment sakemm tħossok mija fil-mija komdu ma’ dak ix-xiħadd – u anke imbagħad, xorta tibqa’ edukat.
6. [endif]Fil-fatt, tiddeskrivi lilek innifsek bħala persuna li tħobb togħġob.
Il-ħsieb li tiġi kkritikat għalik hija xi ħaġa terribli. Tipprova tagħmel minn kollox biex kemm jista’ jkun tevitaha. Dawn iwassal biex togħġob lin-nies, u tagħmel ħiltek biex kemm jista’ jkun kulħadd iħobbok u jkun kuntent miegħek. “Taf għaliex nagħmel hekk? Għaliex dejjem nagħmel ħilti biex ma nkunx ta’ inkonvenjent għan-nies? Biex inġegħlhom ma jħossux li nkun jien il-kawża tal-inkonvejenza tagħhom,” tikteb Kelly, blogger sensittiva ħafna. “Nibża’ wisq meta n-nies jaħsbu li jien ta’ dwejjaq, u allura nagħmel aktar milli jmissni biex inkun ċerta li ma jħossuhomx b’dak il-mod.”
7. U għal din ir-raġuni, hija diffiċli ħafna għalik li tgħid ‘le’. . . għal kollox.
Ħafna mid-drabi, tant tibża’ li tweġġa’ jew li toffendi lil xi ħadd, li ssib ruħek tgħid “iva” għal ħafna affarijiet, anke meta tippreferi tevitaha għal kollox. Per eżempju, kapaċi ssib lilek innifsek tgħin f’avveniment meta inti tħossok bla saħħa, jew tiftiehem li ser tgħaddi għal xi ħadd l-ajruport anke jekk diġa’ mimli bil-pjanijiet.
8. Biex tieħu deċiżjoni ddum seklu... żgħira kemm tkun żgħira.
Għandek idea ta’ kemm tħossok skomdu wara li tirrealizza li tkun għamilt deċiżjoni ħażina, anke fuq xi ħaġa żgħira? Iva, għandek idea – imma ħafna drabi xi għaxar darbiet iktar! Anke jekk tkun xi deċiżjoni żgħira u ħażina bħal tagħżel it-togħma tal-ġelat. Għal din ir-raġuni, iddum għomor biex tieħu deċiżjoni, għaliex trid tħossok kuntent li ħadt id-deċiżjoni t-tajba. Iddum thewden fuq li thewden sabiex tara kif tħossok għal kull għażla li hi possibli.
9. Osservatur/iċi tajjeb / tajba
Int persuna inklinata għad-dettalji. Tinnota sal-iċken ċaqliqa. Issib ruħek affetwat (b’mod tajjeb!) anke speċjalment issib ruħek barra, speċjalment fi żmien it-tibdil tal-istaġuni. Tosserva kif ix-xemx tiżreġ fuq il-weraq u tisfumahom, jew kif l-arja tiksaħ gradwalment, hekk kif is-sajf jeqleb għall-ħarifa. Ħallat dawn it-tendenzi li tosserva mal-istint tiegħek u l-intelleġenza emozzjonali, u tinduna dejjem jekk individwu jkunx ġenwin jew le.
(... il-lista tkompli mal-post li jmiss)
10. Inti kemmxejn perfezzjonist
Peress li inklinat li tkun attenta għad-dettalji, kapaċi tinnota ċerti żbalji aktar malajr minn ħaddieħor. Għandek it-tendenza li tkun perfezzjonista f’ħafna mill-affarijiet li tagħmel , speċjalment jekk tkun qed taħdem fuq xi ħaġa li hi għal qalbek ħafna.
11. Hemm ċans li jkollok reazzjoni qawwija iktar min-normal.
Jekk jiġri xi ħaġa, bħal ngġħidu aħna, idoqq it-telefown, iħabbat il-bieb, xi ħadd jistaqsik mistoqsija għall-għarrieda – malajr tintebaħ li ħafna drabi, inti tkun l-ewwel persuna li tirrispondi. Dan jiġri wkoll ma dak kollu li għandu x’jaqsam mal-emozzjoni. Ma tiddeskrivix lilek innifsek bħala persuna drammatika, imma kollox tħoss b’aktar qawwa, u b’konsegwenza t’hekk tirreaġixxi b’mod qawwi wkoll. “Ħafna nies jirreaġixxu meta jaraw xi inċident, imma għal min hu sensittiv ħafna. L-effett jaf ikun drammatiku u aktar dejjiemi,” jgħid il-blogger Edward Mills.
12. Ma tiddejaqx tħalli d-dmugħ jaħrablek.
Tibki anke f’films ferrieħa. Tibki waqt films ta’ dwejjaq. Int tibki. Din hija xi ħaġa kompletament komuni għal min hu sensittiv ħafna, skont The comfort Zone, il-ġurnal ta’ Aron. Għalik, il-biki mhux sinjal ta’ disprament – imma sinjal li int ħajja.
13. Ħafna jħarsulek bl-ikrah għat-tendenzi li għandek biex turi l-emozzjonijiet tiegħek jew inkella jgħidulek “tiħux l-affarijiet daqshekk bi kbar.”
Iltqajt ma’ persuni, speċjalment nies b’loġika tajba, li iktar kapaċi juri reazzjoni ta’ sorpriża dwar l-atteġjament tiegħek aktar milli jħossu ċertu rabta lejk.
14. Imma dawk li jħobbuk jieħdu rotta xort’ oħra
Min iħobbok jaf kemm temozzjona ruħek u meta tkun sakurmentata. Ġafna drabi jgħisulek biex ma tinwetax, għaliex ħafna drabi “lanqas ħaqq” (anke jekk jafu li ser tibqa’ tinkwieta sakemm tikkalma lilek innifsek). Mill-banda l-oħra, jekk jarawk tibki bil-ferħ, jitbissmu minn taħt u jtaptpulek tnejn fuq spallejk.
15. Tittolera l-uġigħ ħafna inqas mill-biċċa l-kbira tan-nies li taf.
Tibża’ mill-uġigħ, bħal meta jiġbdulek id-demm l-iżjed. Dak li ħaddieħor isibu ta’ wġigħ, għalik huwa wġigħ doppju. “Uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli u l-joints u skumdita’ b’mod inġenerali huma kollha sinjali li l-ġisem jibgħat sabiex juri li għandu bżonn bidla u min hu sensittiv ħafna hemm iktar ċans li jagħti kas iktar milli jipprova jeħles minnha u jieħi xi żewġ Panadols,” skont is-sit HSP.
16. Tibża’faċilment
Nies hekk huma aktar sensittivi għall-vjolenza u sitwazzjonijiet tal-biża’, anke f’films. Peress li kapaċi faċilment timmaġina s-sitwazzjonijiet, jirnexxilek aħjar tħoss ċertu tip ta’ xebh ta’ persunaġġ fuq livell emozzjonali. U b’hekk, il-biċċa ssir iktar tal-biża għalik. (...)
17. Ħadd ma jħobb l-istorbju u l-ħsejjes, imma int tobgħodhom!
Dak it-textix fiss ta’ fuq ir-radju, it-tarbija tħanġar waqt li qiegħżda ħdejk. L-alarm ta’ karozza f’tarf it-triq idejqu lil kulħadd. Lilek imma, joħdulek rasek. Tibda tħoss il-bżonn iurġenti li jew b’xi mod telimina l-ħoss jew inkella li twarrab minn ħdejh malajr kemm jista’ jkun.
18. Tobgħod wkolk id-dawl qawwi
Tippreferi dawl baxx u li jagħti sens ta’ kenn. Dan għaliex tarah li dawl ta’ dan it-tip iserraħlek għajnejk u d-dawl qawwi huwa kollu żejjed għalik. Fuq nota ġenerali, kull ma huwa estrem fuq is-sensi tiegħek, huwa żejjed għalik.
19. Int tassew kreattiv/a
Kapaċi taħseb b’mod tassew oriġinali. Moħħok bħal donnu jaħdem differenti mill-biċċa l-kbira tan-nies. Għandek passjoni qawwija għall-passatempi, bħal ngħidu aħna, il-pittura, il-mużika jew inkella l-kitba. Skont Psychology Today, il-kapaċita li toqgħod attent għall kull dettal marbuta mas-sensi, joħloq aspett kreattiv partikolari ġewwa fik.
20. M’intx l-uniku/a wieħed / waħda sensittiv/a fil-familja
“Is-sensittivita’ hija karatteristika ereditarja,” qalet Dott. Aron lil Utne Reader.
21. Tiġġieled miegħek innifsek biex tieħu ħsieb ġismek
“Min hu sensittiv ħafna drabi jispiċċa jipposponi l-fatt li jieħu brejk, jagħmel xi eżeċizzju fiżiku jew inkella li jiekol b’mod bnin u saħansitra jqabbeż ikla, sempliċiment għaliex issa m’għandux ċans,” skont is-sit Highly sensitive people. Peress li s-sensittivita’ tiegħek tista’ testendi anke għal ċeru ikel jew inkella xi mard fiżiku, huwa importanti ħafna li tagħti prijorita’ lil saħħtek u li tuża l-ħin tajjeb biex tiekol u tagħmel l-eżerċizzju fiżiku.
22. Għandek it-tendenza li tħobb l-affarijiet qabel "ma jikkalmaw".
Is-sens naturali ta’ xamm jew aħjar dak ta' intwizzjoni, jġiegħlek tapprezza u tagħraf malajr l-affarijiet qabel ħaddieħor, tant li dan kollu jagħmlek persuna li tiddermina it-'trend' li jmiss.
TMIEM
http://hellogiggles.com/signs-youre-sensitive-person/
Referenza u traduzzjoni tal-artiklu minn:
Comments