top of page
Search

mHux kompatibbli (poeżija)

  • TIZIANA BORĠ
  • May 23, 2017
  • 1 min read

Wara elf diskussjoni

wasalt għall-konklużjoni

li jien u int mhux kompatibbli

u li nifthemu hu impossibli.

Ipprovajt nifhmek għal darba, tnejn

imma ntbaħt li kollu għal xejn

Għandi tiegħi imma anke int

u minkejja l-isforzi

jien qatt ma fhimt.

Int il-qamar u jien ix-xemx

it-tnejn nagħtu lid-dinja kenn

Madanakollu, ma naqblux

nagħmlu x'nagħmlu ma nifthemux

Espressjoni ta’ żvugar

U mill-ħażin, jien mort għall-agħar

imma rrid nikber,

m’għadnix tfal.

Inweġġa’ iktar, jien ma rridx

u minn qalbi jien se nneħħik !

TMIEM!

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comentários


bottom of page