top of page
Search

Jien kontra s-soċjeta’ (POEŻIJA)

  • Tiziana Borġ
  • Apr 24, 2017
  • 1 min read

Bħalma tgħaddi żiffa riħ,

hekk igerbeb jiġri ż-żmien.

Minn taħt għajnejk dlonk jgħib

ġieli qas tkun taf kif tgħix.

Sakemm jum ieħor ifeġġ...

tistenbaħ u tinduna

Li int m’għadekx int!

Dik li kont ilbieraħ

Mhux dik li int illum

Minn serje ta’ tifkiriet

li jidhwu bħal-leħħa

Tinduna li qiegħed waħdek

Waħdek...

kontra “ n-normalita’ ” tas-soċjeta’

għax hi d-dittatur li tiddeċiedi

x’inhu l-aħjar jew mhux.

Hija hi li titfgħek għall-forka

Jew inkella fuq pedestall.

Tista’ tmur dritt kontrieha

jew f’kantuniera tirtirak.

Għax fil-verita’

tista’ tiġġildilha

u tmur kontra tagħha

imma ta’ kull azzjoni

jrid jitħallas prezz għoli.

Jien kemm-il darba bqajt nirreżesisti

imma jiġu mumenti fejn għejjejt.

Għajjejt, therrejt u nfnejt

Allura issa rtirajt...

issa qed neżisti biss,

hemm waħdi taħt il-ħajt.

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

コメント


bottom of page