top of page
Search

Bejn ħalltejn (Poeżija)

  • Tiziana Borġ
  • Apr 11, 2017
  • 1 min read

Ninsab f’salib it-toroq

għaliex qiegħda bejn ħalltejn

jekk nagħżilx naħa jew oħra

idejja marbuta t-tnejn.

Il-mingħul jaf jittanta

U jpinġilek kollox sabiħ

Bħal kalamita lejh iressqek

M’għandux minuta ta’ mistrieħ.

U hekk jibda jfaqqas id-dubju

Moħħok jhewden tant li therrih

Garigor invażat f’elf ħsieb

Jixxejjer bħal qasba mar-riħ.

Jew iċċedi jew tibqa’ sod.

Ir-rieda taf tħossha tirtgħod

Imma jekk wieqaf int trid tkun

Tiġġieled ikollok bħall-iljun.

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page