top of page
Search

mingħajr xulxin?

  • Tiziana Borġ
  • Apr 7, 2017
  • 1 min read

L-ewwel post ta' April. Poeżija miktuba f' furja ta' bżonn qawwi ta' żvog...

Jien mhux int

U int mhux jien

Anke jekk dejjem flimkien

u mmorru kullimkien.

Int dejjem kont dak li int

U jien kompletament differenti.

Vera li qisna s-satal u l-ħabel,

imma...

jekk nagħżel l-abjad, int tagħżel l-iswed,

jekk int tkun fuq, jien inkun isfel,

jekk tersaq fil-qrib, jien inkun fil-bogħod

waħedna it-tnejn qisna terremot.

Kemm iġġilidna u erġajna ħbieb

Kemm-il mumenti ta’ tifkiriet.

Fraħna u qbiżna aħna tnejn

ġieli ħafna u ġieli xejn.

M’hemmx wisq x’tara:

Qisna l-Gvern u l-Oppożizzjoni,

imma aħna mingħajr xulxin

qisna vapur bla direzzjoni.

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page