top of page
Search

L-Aqwa għannej (Poeżija)

  • Tiziana BORG
  • Mar 21, 2017
  • 1 min read

Kien raġel komuni għall-aħħar,

intelletwali u għannej prim

Dan huwa Frans Baldacchino,

l-aqwa għannej tagħna l-Maltin.

Żgur li hemm min jgħir għal raħlu

u jammira ħafna liż-Żejtun,

Frans Baldacchino, il-Budaj

dan għaliex minnu ħareġ poeta

wirt mill-aqwa, mudell kampjun.

Bħala l-Budaj kien magħruf

u ismu żgur li jafu kulħadd.

Ħafna lilu riedu jisimgħu

għaliex skonthom ma jgħaddih ħadd.

U x’tistenna min wieħed li twieled,

ġewwa l-benniena tal-għanja folkloristika?

L-imħabba tiegħu lejha kienet kbira

u bil-bosta kienet tispikka.

Għal Budaj il-lingwa ġawhra,

in-nifs tiegħu, l-ikbar żvog...

il-poeżija kien ibiddilha

f’għanja ħelwa u bi skop.

“Dan il-mestier iġibli ’l hena”

Hekk stqarr f’waħda mix-xogħlijiet.

Kien dan ir-raġel twajjeb

li ħallielna t-tifkiriet.

Lil Belt Beland għamilha kburija

Bħal dik l-omm paxxuta b’binha

Hi sawwritu, hi għożżitu

U hu tul ħajtu qatt ma nsieha.

Bħala Maltin nirringrazzjawk,

anke jekk issa ma nistgħux narawk.

Ħmistax-il sena ilu, Malta tilfitek

imma xorta nistgħu nisimgħuk.

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page