Tentazzjoni... (Poeżija)
- Tiziana Borg
- Mar 7, 2017
- 1 min read
Taqbida:
bejnek u l-ispirtu tiegħek,
ġlieda bla heda,
sarar kontinwu
biex tagħmel dak li trid
imma li taf li mhux suppost.
Taqbida....
Għax il-platt ippreżentat lilek
huwa tentazzjoni prima klassi
il-kilba lejh kapaċi tregħxek,
kapaċi tħawdek,
kapaċi ttelfek kull tip ta’ kontroll,
kapaċi tweqqgħek għal-livell tagħha.
Kos, il-Kristjani għandhom ir-Randan,
imma m’hemmx għalfejn temmen
biex tħoss il-bżonn li tkeċċi x-Xitan.
L-ispirtu jrid
imma l-ġisem dgħajef,
hekk jgħid San Pawl
u ġieli bla nafu,
nispiċċaw skjavi ta’ xi mingħul...
Sadanittant tkun għaddejjha
l-gwerra bierda ġewwa fik,
jiġru ħafna affarijiet f’daqqa
u li tegħleb kull fixkla
ma tantx ikollok aptit.
Ten-ta-azzjoni:
Illużjoni?
Konfużjoni?
Spekulazzjoni?
Immaġinazzjoni?
Jew ċans biex tikber
biex issir aħjar milli int?

Comments