top of page
Search

Għall-eżamjiet

  • TIZIANA BORĠ
  • Feb 16, 2017
  • 2 min read

Wasal il-Karnival. Xi pjaċir! Imma stennew ftit, għax qabel it-tgawdija, hemm min irid jgħaddi minn xi ftit tbatija.


Għat-tfal li jattendu l-iskola, speċjalment dik primarja u sekondarja, nistgħu ngħidu li l-eżamijiet ta’ nofs is-sena qegħdin kważi wara l-bieb. Ħafna jibdew jaħsbu minn qabel għaliex jibżgħu. Hawn min iħalli għall-aħħar u mbagħad jispiċċa b’ ħafna ġenn. Hemm ukoll min ma jagħtix kas wisq u jħalli t-tagħlim li daħal fil-klassi jħalli l-frott tiegħu fl-eżami.

Ma naħsibx li qed ngħid xi ereżija jekk nistqarr li l-ġenituri ħafna drabi jħossuhom stressjati aktar mit-tfal stess. Imma bħal f’kollox, bi ftit ħsieb, ċertu tensjonijiet jistgħu jitnaqqsu, u hekk kulħadd jgħix aħjar.


Hemm xi affarijiet żgħar li jistgħu jgħinu lill-ġenituri stess u lil uliedhom jaffaċjaw b’mod aktar pożittiv lill-ħbieb tagħna l-eżamijiet.


Nibda l-ewwel billi ngħid li l-eżamijiet għandkom tarawhom bħala strument li jista’ jgħin u mhux bħala qerriedi. Iva, l-eżamijiet jagħtu indikazzjoni pjuttost ċara ta’ fejn l-istudent ikun qiegħed bħala livell, imma jista’ jkun li ma jirriflettix għal kollox l-għalmu u l-abiltajiet kollha tal-istudent. Għalhekk, jekk bħala ġenituri tieħdu l-istudji bis-serjeta’, ma tkunx ġrat traġedja jekk uliedek ma ġabux marki għoljin. Mhux il-valur tal-marka li jgħodd imma kemm bintek/ibnek kapaċi juża u jassimilha dak li jitgħallem b’mod tajjeb fil-prattiċita’ ta’ kuljum. Ftakru wkoll li mhux il-moħħ ta’ kulħadd huwa xorta.


Qed ngħid dan kollu, għaliex l-eżamijiet ta’ nofs is-sena għandhom iservu ta’ riflessjoni u ta’ spunt qawwi ta’ tagħlim. Dawn l-eżamijiet, għandhom jikxfu l-punt debboli tal-istudent u l-punti tajbin ukoll. Mela jekk taf li fil-Matematika inti stilla fil-multiplikazzjoni imma brodu fis-simmetrija, mela allura dan għandu jgħinek biex tqatta’ aktar ħin tippratika fuq dan it-topik aktar milli fuq topiks oħra. Dan sabiex sa l-aħħar tas-sena tkun tjibt aktar fuq dak l-aspett. Huwa tajjeb ukoll li taħdem ammont tajjeb ta' 'past-papers' għaliex bihom tinduna liema huma l-mistoqsijiet preferiti għal dik is-sena skolastika u awtomatikament tkun tista' tagħfas fuqhom.


Permezz ta’ l-immaġni li ppreparajt nixtieq inniżel xi punti li lili dejjem għenuni waqt l-istudji tiegħi, anke jekk forsi xbajtu tismgħuhom.


Sadanittant, nawguralkom għall-eżamijiet tagħkom!








 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page