Ġewwa l-vażett (poeżija)
- Tiziana Borġ
- Jan 30, 2017
- 1 min read
Kien ilu żmien josserva,
jimtela’ bil-mod, il-mod
ħsiebu jixrob kulma jara
u b’ċertu xeni jibda jirtgħod.
Tant ilu dejjem waħdu
li għalih normali jkun iżolat.
Ġewwa vażett ħassu ngħalaq,
bniedem serju u emarġinat.
Imwarrab għax differenti,
mistkerrah għax mhux bħal kulħadd,
għax moħħu mhux normali
suritu bħal ta’ sfrattat.
Imma dan l-imsejken raġel,
spiċċa tħawwad u mhux ftit
għax moħħu l-ħin kollu jtektek
bla heda ma’ ħafna tidwir.
Għalxejn jibla’ kemm jibla’

l-pirmli m’għamlux effett
u għalissa ser ikollu jibqa’
maqful fl-imbierek vażett.
TMIEM
コメント