top of page
Search

F'Jum Bastilja

  • TIZIANA BORĠ
  • Jan 23, 2017
  • 1 min read

Din hija poeżija oħra li kont tfajt għall-konkors. Ħloqtha s-sajf li għadda wara t-traġedja terroristika li kienet seħħet ġewwa Franza waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum ir-Repubblika. Inżommu lil dawn il-vittmi tas-seklu tagħna fi ħsibijietna.

(Niftakru f'epiżodji bħal dawn, biex nevitaw aktar traġedji)

F'Jum Bastilja

L-erbatax ta' Lulju tal-elfejn u sittax huwa jum li d-dinja ma taċċettax. Jum il-Bastilja kellu jġedded it-tifkiriet, minflok spiċċa fi xmara inkwiet. Ġewwa l-benniena tad-demokrazija, spiċċa seħħ dan l-inċident. Il-jum ta' ċelebrazzjoni nazzjonali inbidel f'ġurnata ta' luttu mondjali. L-ewwel terremot li ħasad lid-dinja, kien seħħ proprju ħmistax-il sena ilu, meta t torrijiet-tewmin flimkien waqgħu fl-art qalb ħafna rmiet. Illum wara dan iż-żmien kollu, morna lura u ġejna agħar il-progress ħallejnieh warajna u ngħaffġu liż-żgħir taħt saqajna. It-terroriżmu fis-seklu tagħna huwa pjaga li ttorturana iqanqal niket u biża' bla qies, vittmi innoċenti ta' ħafna nies. Sew jekk hi l-politika jew ir-reliġjon dawna l-atti mhux ta' min jaċċettahom. M' hemm l-ebda raġuni valida tassew, dawn huma traġedji li qatt ma jintesew. Il-martri tal-innoċenti għall-għarrieda hija inġustizzja mbażwra u faħxija. Meta ser nikbru u nikkomunikaw? Minn moħħna qatt ser niżviluppaw? Irridu nieħdu ħsieb lil xulxin qabel ma jsir u jgħaddi l-ħin!

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Commenti


bottom of page