top of page
Search

Din komunikazzjoni? (Poeżija)

  • TIZIANA BORĠ
  • Jan 18, 2017
  • 1 min read

Bdiet sena ġdida. U diġa’ għadda n-nofs tal-ewwel xahar. Għeżież qarrejja, ma kellhiex ċans noħloq kitba kemmxejn fit-tul waqt dan iż-żmien. Madanakollu ma rridx inħallikom b’xejn.


Għal dawn l-aħħar snin, dejjem kont qed nieħu sehem f’kompetizzjoni tal-poeżija, organizzata mill-Għaqda Poeti Maltin. Għalkemm qatt ma ħriġt rebbieħa, l-konkors dejjem żammni fuq ix-xwiek sabiex nipprova noħloq xi poeżija li jkun fiha xi ħsieb li lili jolqotni. Illum ser nippreżentalkom waħda mill-poeżiji li kont tfajt. Ħsieb huwa tajjeb li taqsmu, hu kif inhu...aħjar milli jibqa’ għomor ġol-fajl virtwali...


Din komunikazzjoni??

Mal-medda taż-żminijiet,

rajna ħafna tibdiliet.

Il-pajjiż sar villaġġ

u f'minuta nagħmlu vjaġġ.

Imma minkejja dan l-avvanz,

intlifna f'ħafna imbarazz,

il-mowbajl kwadru tant modern,

ser jeħodna dritt l-infern!

Ngħidu tant li emanċipajna

u li nagħmlu kollox minn rgħajna,

bla ma nafu sirna skjavi

mingħalina li aħna bravi!

Wiċċna 'l isfel dejjem intektku

anke jekk lkoll miġburin

nidħlu fl-internet bla telf ta' ħin,

x'jimpurtana minn xulxin?

Niftaħru bil-libertà t' espressjoni

imma kissirna l-komunikazzjoni

wiċċ imb'wiċċ ma nitkellmu xejn,

pero' l-friends inżiduhom tnejn, tnejn.

L-imbierek Facebook iddominana

x'għandna niktbu jikkmandana

nigdbu u nħarrfu kemm nifilħu

u b' xi ritratt dejjem nifirħu.

Ngħidu li ħajjitna rridu ngħixu

imma fil-verità moħħna f'xulxin

"X'għamel dak? X'għamel l-ieħor?"

Għiduli naqra lejn fejn mexjin?

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page