top of page
Search

Novembru u l-għeżież tagħna

  • TIZIANA BORG
  • Nov 1, 2016
  • 2 min read

Beda x-xahar ta' Novembru, ix-xahar li fih aspetti differenti ta' min wieħed josservalu. Novembru, iż-żmien fejn it-temp jibda jieħu xgħira oħra, ix-xahar li jfakkarna f'San Martin, ix-xahar ta' tħejjija għall-miġja fostna tal-Mulej.


Imma Novembru huwa wkoll ix-xahar li fih niftakru fil-qaddisin kollha. Huwa x-xahar li minkejja li jġib ċertu pożittivita', ma jistax ma jħallilekx xi ftit togħma morra, hekk kif iqanqal ukoll xi memorji inqas sbieħ. Novembru huwa xahar li fih niftakru fl-għeżież tagħna li ħallewna, jew aħjar, nagħmlu mezz biex niftakru fihom ftit aktar mis-soltu.


S'issa tlift erba' familjari. In-nuqqas tagħhom iġiblek sens ta' sogħba u dieqa. Tnejn minnhom tlifthom proprju f'dan ix-xahar. Maria, Maria, Ċikku u Carmen. Dawn huma l-persuni li tlift. Fil-ħajja kollox fih iż-żewġt uċuħ tal-midalja. Uċuħ li juru dak li hu sabiħ u dak li hu ikrah.


Ma tistax titkellem fuq ħajja mingħajr ma titkellem fuq mewt. Ma tistax titkellem fuq mewt jekk ma titkellimx fuq ħajja. L-isbaħ konsolazzjoni hija li Alla hu kbir. Alla, li minn dejjem kien iħobbna u li meta ħass li huwa ż-żmien li nieħdu sehem fuq il-palk tal-ħajja, dawwarna b'persunaġġi differenti. Kollox fid-dinja għandu ċ-ċiklu tiegħu, il-bidu u t-tmiem. Il-pożittiv hu, li għal meta iċ-ċiklu jkun ser jintemm, jiġifieri l-vjaġġ ta' persuna f'din id-dinja jkun ser jispiċċa, aħna l-ħajjin inħarsu lura u minn banda nistgħu nqisuna ffortunata li l-Mulej ippermetta li dawn l-għeżież kienu parti minn ħajjitna, li gawdejniehom għal ftit jew għal perjodu ta' żmien.


Għandek jew m'għandekx fidi, hija fin-natura tal-bniedem li jħoss il-bżonn li jinġabar għalih waħdu, jieqaf, jirrifletti u jaħseb fuq dak li ġralu, fuq min kellu parti importanti f'ħajtu. L-isbaħ ħaġa hija, li ninkejja li kollox intemm, il-memorja tibqa' ħajja jgħaddi kemm jgħaddi żmien... u hemm vera tifhem, li xi darba għad ikoll niltaqgħu, li għalissa sakemm għadna nieħdu n-nifs, għanda spettaturi ta' anġli jħarsu lejna u jipproteġuna.


Ser inħalli diska li mingħajr ma rrid tfakkarni fiz-zija tiegħi, li fi ftit jiem diġa' ser tagħlaq erba' snin mejta. Li kont inħobb tagħha kien is-sens ta' umoriżmu li kellha u l-kapaċita' li tieħu l-affarijiet kif jiġu, anke jekk il-ħajja toffri tbatijiet koroh. 'Let her go' - diska li ġġegħlek tirrealizza x'kellek meta tkun tlift, diska li tikkonvinċik li min għandu jitlaq, għandek tħallih imur, fis-sliem, fil-paċi, għax aħna, mingħajr ma rridu, egoisti u nixtiequhom magħna, DEJJEM!


 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Commentaires


bottom of page