Lura fis-snin disgħin: Manga u Anime
- TIZIANA BORG
- Oct 27, 2016
- 3 min read
Min jaf kemm-il darba tkunu qed titkellmu ma’ xi ħbieb u mingħajr ma tridu ġieli tagħmlu referenza għaż-żmien tat-tfulija. Għal min hu tampari, ejjew ngħidu, 8o% minna (forsi), żgur tqisu li t-televiżjoni kien parti integranti minn ħajjitkom. U min bħali kien jissaħħar wara it-televixin, żgur qatt ma jista’ jinsa d-drabi ta’ kemm il-‘cartoon’ ra fuq l-istazzjonijiet televiżivi, speċjalment dawk Taljani.

Jien ngħid għalija, niftakarni ffissatha fuqhom. Min jiftakar lil Sailor Moon, lil Kiss me Lycia, lil Mila u Shiro u ħafna u ħafna oħrajn? Dawn il-persunaġġi kienu jġiegħluna noħolmu, noħolmu li nistgħu nagħmlu l-maġija. Kienu persunaġġi li bis-sempliċita’ tagħhom kienu jġennuk, u tistenna bil=ħerqa l-għada, biex tara kif se jkompli... Dawn il-"cartoons" li qed insemmu huma oriġinarji tal-Ġappun u meta titkellem dwarhom, wieħed żgur li ma jistax jevita żewġ termini importanti: anime u manga. Xi jkunu dawn?
Il-Manga (漫画) –Laħaq il-popolarita’ tiegħu fil-bidu tas-snin disgħin. Mhux ta’ xejn, li n-nies tal-eta’ tiegħi laħquhom fl-aqwa tagħhom. B’mod ġenerali għall-aħħar, il-Manga huwa deskritt bħala “comics” bi stil Ġappuniż. Dawn il-comics jittrattaw temi differenti, u huma wkoll marbuta ma’ ġeneri varji fosthom l-iStorja, il-fantaxjenza u r-rumanzi adolexxenzjali. L-udjenza li ssegwi l-Manga hija numeruża. Xi wħud ikunu indirizzati b’mod speċjali lis-subien jew lil bniet, hemm dawk għall-adoloxxenti, kif ukoll hemm dawk li huma mfassla partikolarment għall-adulti. Għall-kuntrarju tal-Istati Uniti, il-Ġapun iqis il-Manga bħala ġeneru interessanti u “universali”. Fil-Ġappun, ħafna min-nies li jaqbdu l-ferrovija, tarahom jaqraw xi ktieb tal-comics pjuttost oħxon sakemm jgħaddi l-ħin tal-vjaġġ. Barra minn hekk, interessanti li wieħed ikun jaf, li proprju minħabba l-popolarita’ tagħhom, mhux l-ewwel darba li dan il-ġeneru jintuża wkoll għal skopijiet politiċi.
L-ewwel persuna li tat spinta lill-istil modern li jgawdi minnu l-Manga tal-lum il-ġurnata huwa Tezuka Osamu. Fil-fatt, ħafna jqisuh bħala l-Walt Disney tal-Ġappun.
xx. L-istil artistiku tal-Manga...
Jekk wieħed ikolli jara l-immaġni mli jintużaw fil-Manga, wieħed jista’ jinnota li ċerti karatteristiċi huma komuni. Għal min ikun imdorri jsegwi forom differenti ta’ arti, wisq probabli malajr jinduna li l-istil ta’ karattru huwa iddiżinjat bi stil Manga. Il-karatteristiċi l-aktar komuni assoċjati mal-Manga huma l-għajnejn kbar, l-imnieħer żgħir u r-ras b’qies b’kemmxejn sproporzjonat mal-kumplament tal-ġisem. Il-persunaġġi tal-Manga juru b’mod aktar evidenti is-sentimenti tagħhom, jiġifieri, mill-apparenza innifisha tagħhom, malajr tista’ tinduna f’liema stat emozzjonali jkunu. Dawn t’hawn taħt huma xi eżempji...
U l-anime (アニメ)?
Għalkemm bħala termini,Anime u Manga jimxu id f’id, mhumhiex eżattament l-istess ħaġa. Normalment, jekk is-serje ta’ xi Manga jkun ħa fama tassew qawwija, hemm ċans kbir li dan jinqeleb f’anime. Anime huwa terminu fil-qosor għall-animazzjoni. Fi ftit kliem, l-Anime jinħoloq eżattament fil-mument li serje ta’ comics tieħu l-ħajja u jiġi trasmess b’mod awdjo-viżiv. Hekk ġara fil-każijiet ta’ u l-famużi , fejn dawn tal-aħħar reġgħu irritornaw anke f’logħob virtwali aċċessibli minn ħafna. Kif għedna ftit qabel, għall-Ġappuniżi, l-anime mhux sinonimu tal-‘cartoons’, fejn ħafna minna jirreferu għal dawn tal-aħħar bħala prodott għat-tfal. L-anime Ġappuniżi jeżistu għal nies differenti u huma meqjusa bħala ġeneru letterarju ieħor.
Dawn it-tifkiriet kollha, ġegħluni niftakar f’anime partikolari, li ġo moħħi kelli biss idea vaga tiegħu. Dan mhuwa xejn ħlief is-serje ta’ Lady Georgie, ambjentat fl-Awstralja dwar tifla li ġiet adottata u li dawn l-istess ħutha s-subien iħobbuha mhux bħala oħt imma bħala tfajla. Matul is-serje, l-ispettatur ser jinnota kemm inkwiet jinqala’ bejn l-aħwa għaliex it-tnejn iridu lil Georgie. Bħalissa qiegħda fil-proċess li narah kollu imma ovvjament għadni mhux lesta. Għalhekk, jiddispjaċini, imma ma nistax niżvela iktar mit-trama prinċipali tas-serje, għax inkella nitlef kull gost li narah. Li ftakart biċ-ċert kien, li Georgie kien fih storja interessati, marbuta mat-tema tal-imħabba u li l-livell tal-istorja ma tistax sempliċiment tiddeskrivih bħala wieħed infantili. Żgur li l-iktar li niftakar huwa Sailor Moon għaliex kont miġnuna dwar dak l-anime.
Georgie, jew aħjar Lady Georgie.
Ġie maħluq f’anime minn Tokyo Movie Shinsha fl-1983. Is-serje hija mifruxa fuq 45 episodju. Jien fil-fatt wasalt nofs triq. Il-persunaġġi prinċipali huma Georgie u “ħutha” Abel u Artur. It-temi prominenti huma l-imħabba u għal qalb Georgie hemm ukoll ir-rieda li tkun taf m’inhi l-familja oriġinarja tagħha.

Referenzi, nhar is-26 ta' Ottubru 2016:
https://en.wikipedia.org/wiki/Georgie!#Theme_songs
http://www.japan-guide.com/e/e2070.html
https://www.jappleng.com/culture/articles/anime-manga/161/information-about-manga
Comments