top of page
Search

Għoqda ħsibijiet

  • TIZIANA BORG
  • Oct 19, 2016
  • 1 min read

Għażiż Djarju tal-okkażżjoni,


Kultant inħossni mgħattna, konfuża u ma nafx fejn ser naqbad nagħti rasi. Lanqas jien stess, waħdi miegħi nnifsi, ma nista' ngħid kif qed inħossni. Xi drabi, ċertu affarijiet jiddependu minn ħaddieħor. Oħrajn jiddependu minni stess. Ma naġġixxix tajjeb? Ma naħsibhomx? Nieħu kollox for granted ? Għalhekk nibqa' friska bħal ħassa u neħodha kif tiġi...forsi?


Jiġu mumenti fejn ngħid li aħjar il-ħajja kienet biċċa magna. Tagħfsilha l-buttuni u ejja ħa mmorru. Ġieli tispiċċa tweġġa' lil min tħobb l-iktar. Imma huma wkoll iweġġgħuk xi kultant, mingħajr ma jkunu jafu. Ma nafx, ma nifhimx. Ftit ilu mort kors u l-għalliem tkellem dwar l-importanza li tadatta ruħek... Imma possibli tadatta ruħek għall-oħrajn IL-ĦIN KOLLU? Jiena personalment naraha diffiċli. Forsi mdorrija wisq nara sal-ponta ta' mnieħri...? Risposti? Risposti? Le, m'għandix... għal darba (ironika).


Nixtieq ma naħsibx. Nixtieq li kieku ma kien hemm l-ebda tip ta' kumplikazzjoni żejda. Imma dik parti mill-pakkett tal-ħajja ġo din id-dinja. Uff, fl-istess ħin inħossni ħażin għaliex ngħid li mhux kapaċi naffronta r-realta' b'maturita'. X'inhu l-pass li jmiss? X'ser nagħmel? Jiġini ħsieb ta' x'nista' nagħmel aħjar imma mbagħad naħseb li l-għażż jirbaħ fuq ir-rieda t-tajba. Ma jkunx hemm ħeġġa... boqq.


Bħalissa ninsab fid-dlam, ma nafx x’qed jiġri f’ħajti... Personalment, lanqas naf xi ktibt. Litteralment, ħarbixt dak kollu li għadda minn moħħi, mingħajr filtru ta’ xejn. Min jaf jekk minn hawn u ftit xhur oħra inkunx aħar?


Nispera....



Ser norqod issa, forsi ma tafx kif, nisker fin-ngħasa li ġejja.

Inkellmek għada Lonz.

xxx

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page