top of page
Search

Sbuħija? Poeżija

  • TIZIANA BORG
  • Oct 7, 2016
  • 1 min read

Ma nafx b’jekk b’Narċissu ġieli smajtux,

il-Griegi l-Antiki jgħidu gustuż.

Darba minnhom ħdejn xmara kien għaddej,

u r-rifless tiegħu rah jiġbdu lejh.

Lilu nnifsu kien iffansja

u msejken spiċċa ħażin

fuq sbuħitu tilef rasu

sakemm tmiem ħajtu sar il-ħin.

Jgħidu żżejjed ħu n-nieqes

superjuri u superfiċjali m’għandekx tkun,

imma li tmaqdar u tistkerrah lilek innifsek

għandek tqisu bħala diżunur.

Darba tkemmex l-immaġni tiegħek,

u jekk il-fiduċja titlef, ma terġax tiġik.

Minn ħmerijiet tibda tbati

sakemm jiġu każijiet gravi.

Qum fuq tiegħek, la tintrifisx

Kun pożittiv u idħaq spiss,

ftakar dejjem li bl-inkwiet ma tgħix

u li ddendel geddumek żgur ma jgħinx.

Ibda apprezza dak li għandek

u s-sabiħ tiegħek, int la tinsiex

għax jekk ma tapprezzahx inti

lil ħaddieħor x’tista’ toffrih?

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page