top of page
Search

Lura lejn l-iskola

  • TIZIANA BORG
  • Sep 23, 2016
  • 1 min read

It-Tnejn wara l-Indipendenza,

l-iskola tiftaħ il-bibien

it-tfal jinġabru kollha,

jiltaqgħu lkoll flimkien.

Xi wħud ferħana se jtiru

oħrajn b’geddumhom sal-art

Min jifraħ u min ikanta

Min qisu ra xi fatat.

Bis-sewwa jew bid-dnewwa

Jsibu xi ftit l-aptit

Fuq kollox huwa xogħolhom

Li l-istudenti jaħdmu ftit

Ir-riħa tfuħ tal-kotba

l-għalliema kollha stirati

il-bankijiet il-ġodda mħejja

lesti biex jiġu inawgurati.

Issa x-xalar jonqos ħafna

kulħadd ikollu joqgħod attent

imma xorta jkun hemm min jitraskura,

din hi ħaġa tal-iskantament.

Fis-sena skolastika l-ġdida,

nispera li tkunu ferħanin

ingħaqdu ħaġa waħda

u qatt tkunu miġġildin!

TMIEM

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Komentarze


bottom of page