Richard kien ilu jaħdem mal-kumpanija Angelini għal dawn l-aħħar għaxar snin. Issa x-xogħol kien drah imma, kif jgħidu, l-bniedem dejjem ikollu xi ħaġa fuq hiex jhewden. Bħalissa għaddej minn fażi fejn għandu dispjaċir kbir li lil sieħbu li ilu jafu mill-primarja, Gary, kien għaddielu kelma tajba biex ikun jista’ jidħol jaħdem miegħu.
Gary minn dejjem kien qisu seqer. Ilvent u moħħu jtih. Oġġett tgħidulu darba u jixorbu. M’hemmx għalfejn tgħidlu darbtejn. Illum il-ġurnata, Gary ilu tmien snin mal-kumpanija, imma minflok baqa’ fil-livell ta’ sieħbu, jinsab fuqu. Huwa Gary il-kap tas-sezzjoni Richard. Biex tgħaxxaq, meta ħarġet is-sejħa għall-kap tad-diviżjoni, kemm Gary kif ukoll Richard kienu applikaw. Imma mingħajr ebda dubbju, kulħadd kien għamel imħatra li kien Gary li ser jieħu l-post. Il-kollegi, kienu jafu li Gary kien bniedem ta’ rieda soda u li jaħdem qatigħ. Mill-banda l-oħra, Richard kien iridha ftit u kulħadd kien jaf sewwa li mhux l-ewwel darba li kien iħobb jiżloq mix-xogħol.
Comentarios