top of page
Search

Għajnejk

  • Tiziana Borg
  • Jul 24, 2016
  • 1 min read

(Iddedikata għalik Dominic)

Nintilef...

Hekk kif inħares dritt f'għajnejk

kbar u jleqqu b'ferħ liema bħalu

Għalija jfissru kenn u wens,

faraġ u kuraġġ għad-dwejjaq tiegħi,

mera diretta t'imħabbtek.

Nintilef...

Nara s-sbuħija li joffru

Nammira ż-żewġ ħallelin

Li serquli qalbi bla telf ta' ħin.

L-uniku waqt li jħawduni

huwa meta jniżżlu d-dmugħ:

in-niket tiegħek huwa tiegħi

u allura rrid li neqirduh!

Għajnejk huma simbolu -

Is-simbolu t'imħabba lejja

Waqt li inti ħadtli qalbi

Nitolbok kollni ħniena

biex ma titlaq qatt minn ħdejja!

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page