top of page
Search

Ħaj- ku !!

  • TIZIANA BORG
  • Jun 14, 2016
  • 1 min read

Dawn il-jumejn kont qed inqelleb anke fuq l-internet u sibt xi poeżiji minn ta' Anton Buttiġieġ. Preċiżament, intfajt naqra xi ftit xogħlijiet minn "Il-muża bil-kimono", ġabra ta' ħajku minn dan il-poeta Għawdxi.


M'hemmx xi tgħid, il-poeżija hija sabiħa wisq, imma meta taraha daqshekk qawwija u kkonċentratha f'numru daqshekk żgħir ta' versi, jien ngħid għalija, nibqa' mistgħaġba.


Din oħra minn tiegħu li laqtitni...


Il-ħabel jiena

ħdejn il-bir tal-imħabba

u inti s-satal.

(Buttiġieġ)


*********************


Hekk kif skirt fuq il-faxxinu ta' din il-poeżija, speċjalment wara li qrajt xi eżempji minn ta' Buttiġieġ, ippruvajt inħarbex żewġ versi. Lanqas biss jiena ċerta hux sew, imma ħadd qatt ma tilef xejn meta pprova. Dawn li ħloqt jien, illum:


# 1

Moħħi jitħawwad

hekk kif inħares lejk sew–

int in-nifs tiegħi.

Imwiet u ġenn kbir,

attakki aggressivi –

It-terroriżmu

Tonqos il-ħdura,

jiżdied sewwa l-konkrit:

Malta bħalissa

# 4

Nifsi maqtugħ sew,

Irrid l-ilma tal-ħajja –

Il-poeżija






 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page