Talba lill-Mulej
- TIZIANA B
- Jun 9, 2016
- 1 min read

Issa li f'soddti qiegħed miġbur
hawn fil-ħemda, fl-aqwa skiet
nixtieq naqsam ħsiebi miegħek
bħall-ulied mal-missirijiet.
Mulej, ismgħani tikka
anke jekk INTI kollox taf,
jiena miegħek irrid nitkellem
għax b'għajnejja ma narax.
Veru li jiġu mumenti
li jiena lejk inkun ingrat
imma nitolbok biex INT taħfirli
għax jien uman xi ftit żbaljat.
Xi kultant baħri tal-bnazzi
u fis-sewwa ma nistmakx,
nieħu kollox hekk kif jiġi
u bilkemm nikkalkulak.
Imma jien illejla irrid nersaq
ħdejn l-Imgħallem l-aqwa u prim
Int is-sid tal-ħlejjaq kollha,
lest għalina waqt kull ħin.
U allura grazzi rrid ngħidlek
ta' kull ma għoġbok issellifni
talli nieqes qatt ma ħallejtni
u fit-tajjar dejjem żammejtni.
Għandi l-aqwa ġenituri
u ħajti mimlija kuluri.
Tajtni wkoll l-intelliġenza
u armajtni bi ftit paċenzja.
Jien irrid li nadurak
O' Mexxej tassew ħanin
Żomm ħarstek dejjem fuqi
għax f'idejk inħalli ruħi.
Comments