top of page
Search

Aħna it-tnejn (poeżija)

  • TIZIANA BORG
  • May 31, 2016
  • 1 min read

Tiftakar qalbi,

kemm konna nilagħbu

u ninġiebu aħna t-tnejn?

Niġġieldu jew intellqu

u naqraw anke xi kelmtejn.

Għallimtek tistudja

u taqra bis-sens.

Ħarriġtek biex tfittex

sabiex timtela' bil-għerf.

Imma issa int qed tikber

u ser ikolli nħallik

trid taqdef ftit waħdek

biex triqtek issib.

Minn qalbi nawguralek,

kull barka u suċċess,

is-saħħa, ir-risq u anke 'l hena

u ħajja feliċi mingħajr ħafna stress.

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page