M'aħna xejn!
- Tiziana Borg
- May 10, 2016
- 1 min read
Il-miġja tagħna hawn fid-dinja,
hija biss vjaġġ temporanju,
nistħajluna xi allat qawwija,
b' enerġija u saħħa barranija.
Il-verita' mhix daqshekk sempliċi
Ir-realta' differenti tabilħaqq.
L-ebda poter m'għandna aħna
ħajjitna hija biss frazzjoni
minn tul enormi tal-eternita'.
Xewqa konxja li għandu l-bniedem
hija li jibqa' immortali,
li ma jmutx maż-żminijiet ;
li jekk tal-inqas ma jibqax ġismu,
jdumu ħajja t-tifkiriet!
Imma aħna, ħbieb,
nerġa' ngħid u nirribatti,
illi ser nitilqu lkoll minn hawn.
Aħna biss partiċella żgħira
li tiċċaqlaq dlonk mar-riħ.
Aħna traċċa ta' bebbuxu,
li jħalli warajh kif jimxi fis-skiet!

Comentarios