top of page
Search

It-temp u t-taħwid tiegħu (poeżija)

  • Tiziana Borg
  • May 3, 2016
  • 1 min read

Hekk kif iż-żmien jibda jgħaddi,

kulħadd imajna xi ftit,

nitilfu ftit il-memorja

u jkollna ħafna taħwid.

Hekk donnha ġralha did-dinja,

iġġennet u tħawdet tassew.

Dalgħodu x'jum tipiku huwa,

tax-xitwa, tar-rebbiegħa jew tas-sajf?

It-temp qiegħed jinbidel

u lanqas kważi baqa' staġuni,

wieħed iqabbeż sew lill-ieħor

u lili daqt jibgħatni Frankuni.

Min minkom jirnexxielu jsangat

f'dawn il-kundizzjonijiet astratti tat-temp,

dan żgur li ħaqqu medalja

kbira ħafna u kollha tad-deheb.

Għejjejt nipprova nifhem,

x'ser nilbes għax-xogħol kuljum...

Kull meta nitperreċ, jiksaħ

u kif nitkebbeb, it-temp ikun sħun.

Naħseb l-ebda metereoloġiku,

ma jista' jaqbad it-tarf.

Id-dinja tant ħarbattnieha

u bl-inkwiet hija kollha mimlija.

Min jaf kieku lkoll kemm aħna,

nippruvaw ngħinu xi ftit ?

Żgur li kieku ntaffu xi naqra

biex neliminaw mit-tniġġis.

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Kommentare


bottom of page