top of page
Search

Is-seħer tal-gawwi (Poeżija)

  • Tiziana Borg
  • May 2, 2016
  • 1 min read

Nitgħaxxaq inħares lejn il-gawwi

li jofroq is-sema ikħal nir

idur dawra sew mal-kosta

ħdejn is-swar tal-bliet Maltin.

Lewnu abjad u tarah jispikka

hekk kif jaqsam b'qawwa s-sema fi tnejn

jgħaddi jgħaġġel qisu vleġġa,

l-arja friska tagħtih il-ħeġġa.

Xi ġmiel hekk kif għaddej tilmħu,

filli fl-għoli u filli fil-baxx!

Il-vjaġġ li huwa jagħmel

jagħżlu tajjeb u minn rgħajh,

għandu hu l-kontroll ta' kollox

xħin jiftaħ u jagħlaq ġwinħajh...

Gawwi ħieles iħuf madwarek

tqisu bħal re f'renju f'sabiħ,

tiġġenen int u tħarislu

u bħal tħossok tgħir għalih!

Huwa xempju tal-ħolm tagħna

għaliex waħdu jista' jtir

m'għandux bżonn il-makkinarju,

lilu tah kollox il-Bambin.

Imma dan l-imsejken gawwi

jibqa' ħieles sakemm iħalluh,

għax jekk jgħaddi wieħed b'arma

mela allura daqshekk ingawduh!

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page