top of page
Search

Ejja ħa jeqleb!

  • TIZIANA BORG
  • Apr 22, 2016
  • 1 min read

Issa li t-temp beda jeqleb

u l-ġranet aktar sbieħ,

ix-xewqa tiegħi tikber

sabiex il-baħar ingawdih!

Ikolli ġenn biex noħroġ nimxi

qalb il-ħdura tal-kampanja,

inxomm ir-riħa tfuħ tal-fjuri

u nirrilassa ftit mill-ħajja.

Għaliex kif jgħidu ħafna,

max-xogħol trid il-mistrieħ,

biex b'hekk tħossok ħadida

U tbiegħed 'l hemm il-ħafna nkwiet!

 
 
 

Recent Posts

See All
In-nifs tal-poeżija

B’urġenza kbira naqbad il-pinna fejn inkun u l-ewwel karta li tiġi f’idi b’ wisa’ bajdani naħtafha. Il-leblieba kbira li jkolli biex...

 
 
 
Il-qalb li tnixxi

Ma ninsa qatt il-jum mistenni minnek fejn int ġejt ħdejja ferħan se ttir biex taqsam aħbarek miegħi. U jien tbissimt, kif inhu xieraq...

 
 
 

Comments


bottom of page